Read in English.
Żagħżugħ Bormliż ta’ 26 sena jinsab f’qagħda gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Marsa.
L-inċident ġara dalgħodu ftit qabel is-7am fi Triq l-Għassara tal-Għeneb.
Fl-inċident kienet involuta wkoll mara ta’ 30 sena minn Pembroke li kienet qed issuq karozza u li ma sofriet l-ebda ġrieħi.
Il-Pulizija qed tinvestiga.