Żagħżugħ jgħid li ma kienx hu li seraq flus minn ħanut tax-xorb

Żagħżugħ ta’ 23 sena, li sostna li kien qed jgħix fi stalla fi Triq is-Serkin fil-Marsa, ċaħad l-akkuża li seraq b’€650 minn ħanut tax-xorb fil-Marsa stess.
Fil-Qorti ntqal li ż-żagħżugħ jidher fil-filmat tal-kameras tas-sigurtà tal-ħanut.
Huwa kien mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu minn deċiżjonijiet oħra tal-Qorti.
Id-Difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest iżda li ż-żagħżugħ jinżamm arrestat f’Monte Carmeli, liema deċiżjoni ntlaqgħet mill-Qorti.