Żagħżugħ jaqla’ daqqiet ta’ sikkina f’Bormla

Żagħżugħ ta’ 25 sena ħelisha minn ħalq il-mewt wara li tard ilbieraħ filgħaxija kien involut f’argument fi Triq Matty Grima f’Bormla.

L-argument beda xi l-għaxra u nofs meta  mara ta’ 45 sena u żagħżugħ ieħor ta’ 22 sena, attakkaw lill-vittma b’arma li taqta' u bil-ponta u tawh diversi daqqiet f’żaqqu.

Il-pulizija kienet infurmata bil-każ mill-vittma stess, li mar l-għassa tal-pulizija tal-lokal flimkien ma' tfajla ta’ 25 sena, residenti Bormla wkoll. Qabel ma’ ttieħed Mater Dei, iż-żagħżugħ ingħata l-ewwel għajnuna miċ-Ċentru tas-Saħħa Bormla.

It-tliet persuni kkonċernati huma minn Bormla.

Il-pulizija qed tinvestiga l-każ.