Żagħżugħ jaqa’ minn fuq is-sur tal-Birgu

Żagħżugħ Irlandiż ta’ 23 sena qed isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ erba’ sulari minn fuq is-sur tal-Birgu.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tan-12.30pm fi Triq il-Ġublew tal-Fidda fil-Birgu.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D. Clarke, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.