Żagħżugħ jaqa’ minn fuq vapur fl-Oċean Atlantiku; issir tfittxija

Il-Gwardja tal-Kosta Amerikana qiegħda tfittex membru tal-ekwipaġġ li waqa’ minn fuq il-cruiseliner fl-Oċean Atlantiku.

Arron Hough, l-Ingliż ta’ 20 sena, li hu parti mit-tim ta’ divertiment fuq il-vapur, waqa’ mill-vapur meta kienu 267 mil nawtiku fid-direzzjoni tal-Majjistral minn Puerto Rico nhar it-Tlieta li għadda.

Il-vapur li jismu Harmony of the Seas kien sejjer minn Florida lejn l-ewwel waqfa tiegħu, St Maarten Island, hu u jdur il-Karibew fuq vjaġġ li suppost idum 7 ijiem.

Qed issir tfittxija għaż-żagħżugħ.

Hough kien qed jirreċta fi Grease fuq il-vapur