​Żagħżugħ jaqa’ 2 sulari f’Tas-Sliema

Żagħżugħ ta’ 20 sena waqa’ minn għoli ta’ madwar żewġ sulari f’Tas-Sliema.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:30am fi Triq Sir Arturo Mercieca.
Iż-żagħżugħ, residenti San Ġwann, kien qed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni. Weġġa’ ħafif.