Żagħżugħ jammetti li wettaq serqa mill-Klabb tal-Inter

Żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Imsida ammetta li seraq b’aktar minn €2,000 f’oġġetti mill-Klabb tal-Inter.
Huwa kien akkużat ukoll li sar reċediv u li wettaq is-serqa fi żmien meta kien qed jiskonta sentenza sospiża u kiser il-kundizzjonijiet imposti fuqu biex ingħata il-libertà proviżorja.
Fil-Qorti ntqal li ż-żagħżugħ jabbuża mid-droga u li għandu jagħmel programm ta’ riabilitazzjoni.
Is-sentenza tal-Qorti se tingħata fis-26 ta’ Jannar li ġej.