Żagħżugħ jaggredixxi Surġent fir-Ramla

Żagħżugħ ta’ 26 sena minn Nadur mistenni jitressaq il-qorti aktar tard illum b’akkuża li ħebb għal uffiċjal tal-Pulizija.
Jirriżulta li l-aggressjoni saret fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu fil-bajja tar-Ramla.
Qed jiġi akkużat li waqt party ħebb għal surġent u anke kkawża ħsara fuq oġġetti li kienu fl-istess bajja.