Aġġornata: Żagħżugħ jaqa’ fil-Foss tal-Imdina; ma sofra l-ebda ġrieħi

Żagħżugħ ta’ 21 sena mir-Rabat, Malta waqa għoli ta’ sular u nofs fil-Foss tal-Imdina.
Madanakollu ma sofra l-ebda ġrieħi.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ għall-ħabta tal-3.45pm ta’ wara nofsinhar.
Iż-żagħżugħ ittieħed b’urġenza lejn l-Isptar Mater Dei.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili għenu lill-paramediċi biex itellgħu liż-żgħażugħ mill-foss.