Żagħżugħ iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq bejt

Żagħżugħ ta’ 26 sena ġarrab ġrieħi gravi meta lbieraħ waqa’ minn fuq bejt ta’ kamra fil-Bajja tal-Armier.
Ir-raġel, li jgħix Raħal Ġdid, kien qed jaħdem fuq il-bejt u waqa’ hekk kif ġie biex juża sellum biex jinżel minn fuq l-istess bejt.
Huwa ddaħħal l-Isptar Mater Dei għall-ħabta tad-9pm fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.