Żagħżugħ iweġġa’ f’ħabta f’Ħaż-Żebbuġ

Żagħżugħ ta' 33 sena mis-Siġġiewi ttieħed l-isptar wara li kien involut f'inċident tat-traffiku f'Ħaż-Żebbuġ.
Kien għal ħabta tal-4.15pm li seħħet ħabta bejn żewġ vetturi fi Triq is-Siġġiewi. Il-vettura l-oħra kienet misjuqa minn tfajla ta' 29 sena minn Ħaż-Żebbuġ.
Ritratti: Media Police