Ritratti: Żagħżugħ iweġġa’ f’ħabta f’Ħaż-Żabbar

Żagħżugħ ta’ 29 sena minn Ħal Qormi ġarrab ġrieħi ħfief wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bejn żewġ karozzi f’Ħaż-Żabbar.
Il-ħabta seħħet fis-6.30am fi Triq Hompesch.
Waħda mill-karozzi kienet qed tinstaq miż-żagħżugħ, u l-oħra minn raġel ta’ 38 sena minn Wied il-Għajn.
Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Ritratti fuq: info@newsbook.com.mt / Media Police