Żagħżugħ isofri ħruq qrib kamra tan-nar

Żagħżugħ ta’ 29 sena minn Ħal Għaxaq sofra xi ħruq waqt li kien qed jaħraq skart relatat mal-manifattura tal-logħob tan-nar f’Ħal Għaxaq stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5pm, viċin kamra tan-nar, fil-post magħruf bħala ‘Tal-Garda’.
Iż-żagħżugħ ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku, imbagħad ittieħed l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.