Żagħżugħ isarraf il-leave f’donazzjoni għal Dar Bjorn

Żagħżugħ qed ikun imfaħħar għall-ġest nobbli li għamel wara li sarraf il-leave kollu tiegħu f’donazzjoni għal Dar Bjorn.

Fuq il-midja soċjali diversi persuni inkluż Bjorn Formosa, li waqqaf Dar Bjorn, qed ifaħħru dan il-ġest nobbli hekk kif iż-żagħżugħ ma jieħux leave matul is-sena biex fl-aħħar tas-sena jsarrfu f’somma flus u jagħtiha donazzjoni għal Dar Bjorn, li tgħin nies li jbagħtu mill-marda tal-ALS.

Dan iz-zghazugh @Wayne Pavia, bil-kollaborazzjoni ta' PRIME Malta jaghmel gest inkredibbli kull sena! Ma jiehux leave…

Posted by Bjorn Formosa on Wednesday, September 23, 2020

Fuq Facebook Wayne Pavia qal li hu mhux bniedem perfett u li għamel ħafna żbalji fil-passat, pero sostna li mbilli bniedem jiżbalja, xorta jista’ jagħmel il-ġid u għalih din saret drawwa ta’ kull sena li jġemma’ l-leave u jagħtih donazzjoni lil Dar Bjorn.

MINIX QED INTELLA DAN IR RITTATT BIX NIFTAHAR TA DAN IL GEST… AX JIN MINIX XI WIHED LI NHOBB NURI LIL ID IL- LEMINIJA…

Posted by Wayne Pavia on Wednesday, September 23, 2020