“Grazzi Xandru” – Abela

Aġġornat 02:23 PM

"Huma għadhom il-baħar u jien għadni hawn"

Facebook - Mandy Mallia

Read in English.

Il-Prim Ministru Robert Abela ma waqafx jitkellem maż-żagħżugħ Xandru Cassar li qed jipprotesta quddiem Kastilja biex jiġu salvati l-immigranti. Skont iż-żagħżugħ, Abela baqa’ għaddej minn quddiemu filwaqt li qallu “Grazzi Xandru.”

Fuq Facebook, Cassar qal li meta ra lil Robert Abela dieħel Kastilja mar biex jipprova jgħaddilu messaġġ miktub fuq karta. Il-messaġġ kien appell biex jiddaħħlu l-immigranti li qegħdin fuq il-baħar.

Earlier today the Prime minister Robert Abela entered Castille. I tried to politely approach him on the steps of…

Posted by Xandru Cassar on Monday, April 13, 2020

Il-verżjoni ta’ Cassar taqbel ma’ dik ta’ xhieda oħra fuq il-post.

Just witnessed #RobertAbela arriving in #Valletta with his entourage and rushing past the lone protestor and his tent…

Posted by Mandy Mallia on Monday, April 13, 2020

Xandru Cassar, żagħżugħ Malti, qiegħed jipprotesta fuq it-taraġ ta’ Kastilja sabiex jissalvaw l-immigranti li hemm bejn sema u ilma u ma huma jiddaħħlu fl-ebda pajjiż minħabba l-imxija tal-coronavirus.

Huwa qatta’ l-lejl quddiem Kastilja u dalgħodu kiteb fuq Facebook, “Huma għadhom il-baħar, allura jien għadni hawn.”

Iż-żagħżugħ, li ilu għaddej bil-protesta mill-bieraħ flimkien ma’ tfajla oħra, qal li n-nies ma jistgħux jitħallew imutu fl-Għid, u fl-ebda jum ieħor. Kiteb li filwaqt li l-Maltin kienu qegħdin igawdu l-Għid il-Kbir mal-familji tagħhom, kien hemm bnedmin jegħrqu u jmutu bil-ġuħ u bl-għatx. Fl-aħħar ġimgħat konna qegħdin inċapċpu lill-infermiera, qal Cassar, filwaqt li t-titlu ta’ Malta bħala l-infermiera tal-Mediterran tqiegħed f’dubju.

Day 2; They're still at sea, I'm still here

Posted by Xandru Cassar on Sunday, April 12, 2020

L-Arċisqof Charles Scicluna wkoll semma’ leħnu fuq l-affari u qal li dawk li jinsabu fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija għandhom jiġu salvati.

Għadd ta’ NGOs kitbu appell lill-Prim Ministru Robert Abela sabiex jieħu azzjoni biex dawn in-nies f’periklu jissalvaw. Inbdiet ukoll petizzjoni li sa dalgħodu kienet ġabret 1,500 firma.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-Gvern ħa d-deċiżjoni li ma jdaħħalx iżjed immigranti minħabba l-imxija tal-coronavirus. Il-Prim Ministru Robert Abela stqarr li r-riżorsi ta’ Malta kienu qed jintużaw kollha għall-kontroll ta’ din l-imxija, u għalhekk, Malta ma setgħetx issalva iktar persuni. Il-grupp ta’ 70 immigrant li ddaħħlu l-ġimgħa li għaddiet kellhom ikunu tal-aħħar.

Rappurtaġġ addizzjonali: Christoph Schwaiger