Żagħżugħ imut waqt li kien qed jinżamm mill-Pulizija f’Belarus

Read in English.

Dimostrant ieħor tilef ħajtu f’Belarus waqt li kien qed jinżamm mill-Pulizija. Din hi t-tieni mewt minn nhar il-Ħadd meta dimostranti ħarġu jipprotestaw fit-toroq u ġew fl-idejn mal-Pulizija wara protesti mimlija tensjoni dwar l-elezzjoni presidenzjali tal-pajjiż.

In-nies ħarġu fit-toroq jipprotestaw ftit siegħat wara  l-mexxej Alexander Lukashenko, li ilu fil-poter mill-1994, ġie ddikjarat bħala r-rebbieħ tal-elezzjoni presidenzjali li saret nhar fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, liema vot ġie kkundannat mill-Unjoni Ewropea bħala wieħed mhux liberu u lanqas ġust.

Il-Pulizija qalet li l-kawża tal-mewt taż-żagħżugħ ta’ 25 sena għadha mhix magħrufa. Omm il-vittma qalet li binha kien isofri minn problemi tal-qalb u li nżamm għal siegħat twal ġo vann tal-Pulziija.

In-Nazzjonijiet Magħquda kkundannat l-użu ta’ vjolenza mill-awtoritajiet, hekk kif il-protesti komplew għar-raba’ jum.