Żagħżugħ il-Qorti wara li ffalsifika biljetti tal-Arriva

Fil-Qorti t’Għawdex tressaq żagħżugħ ta' 19-il sena, akkużat li ffalsifika biljetti tal-Arriva, li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja kif ukoll ksur ta’ probation.  

Il-każ seħħ nhar is-Sibt li għadda f’Marsalforn.

Iż-żagħżugħ wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-libertà proviżorja u garanzija personali ta’ €1,000.