Żagħżugħ iħebb għal spettur u jweġġgħu

Read in English.

Żagħżugħ ħebb għal Spettur tal-Pulizija hu u jiġi arrestat wara li twaqqaf waqt kontroll tat-traffiku tal-Pulizija billejl f’Ħaż-Żabbar.

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Isla beda jaġixxi b’mod aggressiv meta ħareġ mill-karozza biex issir tfittxija fil-karozza tiegħu. Waqt li kienu qed jimmanettjawh, huwa ħebb għall-Ispettur u kkawżalu xi ġrieħi. Huwa rrifjuta li jieħu t-test tal-breathalyser.

Dan ġara fis-1.30am.

Ittieħed il-lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana u hu mistenni jitressaq il-qorti fis-sigħat li ġejjin.