Aġġornata: Jinstab iż-żagħżugħ li ħebb għal ommu b’sikkina

Instab it-tifel ta’ ħmistax –il sena li darab lil ommu b’sikkina waqt argument fid-dar tagħhom f’Wied il-Għajn.
L-argument seħħ għall-ħabta tal-11am fi Triq Mintbħa bejn l-omm ta’ 38 sena u biha, xħin allegatament it-tifel ħebb għal ommu b’sikkina u darabha f’idejha.
Ma’ Newsbook.com.mt il-Pulizija spjegat li t-tifel ħarab qabel ma’ waslu l-pulizija.
L-omm ittieħdet iċ-ċentru tas-saħħa. Hija ġarbet ġrieħi ħfief f’idejha.