Żagħżugħ gravi wara li waqa’ mill-għoli f’Ħal Tarxien

Ġlieda Marsa persuna sptar mater dei ambulanza

Żagħżugħ waqa’ minn xi għoli waqt li kien fuq xogħol f’sit tal-kostruzzjoni f’Ħal Tarxien, u qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija ntalbet tmur tassisti lil żagħżugħ ta’ 25 sena li waqa’ mill-għoli f’sit tal-kostruzzjoni fis-1pm fi Triq Joanne Garden. Iż-żagħżugħ hu residenti l-Fgura.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-assistenza, fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.