Żagħżugħ gravi wara ħabta f’Raħal Ġdid

Żagħżugħ ta’ 19-il sena weġġa’ gravi wara ħabta f’Raħal Ġdid. Skont stqarrija mill-Pulizija ġie spjegat li l-inċident seħħ fid-9.40pm fi Triq il-Perit Dom Mintoff.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq ilpost u sabu li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti Ħal Qormi u karozza oħra misjuqa minn żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti Ħal Qormi wkoll. Iż-żewġ sewwieqa ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza dejn iż-żagħżugħ ta’ 18-il sena aktar tard ġie ċċertifikat li ndarab ħafif.