​Żagħżugħ gravi wara ħabta bil-mutur

Żagħżugħ ta’ 24 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ħabat bil-mutur tiegħu.
Skont il-Pulizija, l-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-2:30pm fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.
Iż-żagħżugħ residenti Ħaż-Żabbar ħabat ma’karozza misjuqa minn tfajla ta’ 27 sena, residenti ż-Żurrieq.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Ritratt: Arkivji