Żagħżugħ gravi wara ġlieda b’turnavit f’San Ġwann

CMRU

Żagħżugħ ta’ 26 sena weġġa’ gravi waqt ġlieda f’San Ġwann li fiha intuża turnavit.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ż-żagħżugħ ta’ 26 sena residenti San Ġwann weġġa’ gravi waqt li kien involut “f’argument” f’San Ġwann.

Il-Pulizija ġiet infurmata bl-inċident għall-5.30pm. Dan ġara fi Triq il-Qasab. Raġel ta’ 61 residenti San Ġwann kien involut fil-ġlieda.

Skont il-Pulizija, allegatament inutża turnavit.

Ambulanza ħadet liż-żagħżugħ l-isptar Mater Dei. Intqal li “r-raġel ta’ 61 sena qiegħed jiġi mitkellem mill-Pulizija.”