Żagħżugħ Għawdxi jissielet għas-suċċess f’Philadelphia

Żagħżugħ Għawdxi bħalissa jinsab Philadelphia fejn qed jipprepara għal audition sabiex ikompli jikber fl-isfera tal-mużika klassika.
Charles Buttigieg li għandu 18-il sena u joqgħod Għajnsielem, huwa baritonu.
It-tenur Malti ta’ fama internazzjonali, Joseph Calleja, kien qal li Buttigieg ifakkru f’meta kien għadu żgħir u sostna li għandu leħen tad-deheb.
Fil-messaġġ li ħalla fuq Facebook qabel l-audition, Buttigieg irringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor kienu ta’ għajnuna għalih, b’mod speċjali lill-Maestro Jack Livigni, lill-għalliema tiegħu tal-kant Juliette Bisazza u lill-Fondazzjoni BOV Joseph Calleja talli tawh din l-opportunità.