Żagħżugħ Franċiż mitluf wara li l-pulizija waqqfu festival

Bdiet inkjesta fi Franza wara li l-pulizija waqqfu grupp ta’ żgħażagħ li kienu qegħdin jiċċelebraw waqt festival annwali tal-mużika, u żagħżugħ, bl-isem ta’ Steve Maia Caniço, għeb.

Iż-żagħżugħ, li għandu 24 sena, intlemaħ l-aħħar fis-sigħat bikrin tas-Sibt u l-ħbieb tiegħu qalu li sparixxa meta intervjenew il-pulizija waqt il-party ta’ mużika techno f’Nantes. Qalu wkoll li rawh l-aħħar jipprova jżomm fil-wiċċ tax-xmara u li hu ma jafx jgħum. 14-il persuna ġew salvati mix-Xmara Loire wara li waqgħu ġox-xmara meta l-pulizija bdew iwaqqfuhom, qalu xi xhieda.

Dawn qalu wkoll li l-pulizija użaw il-gass tad-dmugħ, u anke bullets tal-lastiku. Il-pulizija intervjenew għax iċ-ċelebrazzjonijiet u l-istorbju baqgħu għaddejjin sas-sigħat bikrin tas-Sibt, meta skont il-pulizija, kellu jispiċċa qabel.

Presentational white space

Il-party li kien b’xejn kien organizzat bħala parti mill-Fête de la Musique. L-attività annwali tinkoraġġixxi lin-nies biex idoqqu l-mużika f’postijiet pubbliċi fil-21 ta’ Ġunju.