Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar f’Birkirkara

Żagħżugħ ta’ 20 sena jinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li ieħor weġġa’ gravi wara li ttajjru minn karozza f’Birkirkara.

Dan ġie kkonfermat fi stqarrija mill-Pulizija li spjegat li l-inċident seħħ fis-1.30am fi Trqi Dun Karm. Meta marru fuq il-post sabu li żewġt irġiel, wieħed ta’ 20 sena residenti l-Fgura u ieħor ta’ 28 sena residenti San Ġwann intlaqtu minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 28 sena mill-Imqabba.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġt irġiel l-Isptar Mater Dei.