Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li nqaleb b’mutur f’Għawdex

Żagħżugħ jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef kontroll tal-mutur li kien qed isuq f’Għawdex.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm fi Triq ix-Xħajma, fix-Xewkija, fejn għal raġuni li għadha mhix magħrufa ż-żagħżugħ ta’ 22 sena tilef il-kontroll tal-mutur u nqaleb.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Ġenerali ta’Għawdex sabiex jingħata l-kura

meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja u li kien jinsab fil-periklu tal-mewt.

Dwar dan il-każ infetħet Inkjesta u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt: Arkivji