Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li ħassu ħażin f’San Ġiljan

Żagħżugħ ta’ 22 sena minn Ħaż-Żebbuġ jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ mal-art f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl fi Triq San Ġorġ meta ż-żagħżugħ kien fi stabbiliment, ħassu ħażin u waqa’ mal-art. Hu nħareġ barra u ssejħet ambulanza biex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.