Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara ħabta fil-Fgura

Malta Police Force

Read in English.

Żagħżugħ jinsab jissilet għal ħajtu wara ħabta fil-Fgura lbieraħ tard filgħaxija.

L-inċident seħħ fil-11pm fi Triq Hompesch. Il-Pulizija sabu li għal xi raġuni ż-żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti ż-Żejtun tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq. Kawża ta’ dan hu ħabat ma’ vettura tat-trasport pubbliku li kienet misjuqa minn raġel ta’ 31 sena resident Birkirkara.

Fuq il-post issejħet ambulanza u tim mediku li ħadu liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.