Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara ħabta bil-mutur

Żagħżugħ jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li baqa’ dieħel ġo barrikati bil-mutur f’Ħal Tarxien.

Iż-żagħżugħ, li għandu 25 sena u hu residenti l-Imsida, kien qed isuq il-mutur, meta għall-ħabta tat-8pm baqa’ dieħel ġo barrikati li huma parti minn proġett infrastrutturali fi Triq tal-Barrani. Miegħu kien hemm tfajla ta’ 19-il sena mir-Rabat.

Iż-żewġ persuni ttieħdu l-isptar b’emerġenza, fejn iżjed tard irriżulta li ż-żagħżugħ għandu ġrieħi serji, filwaqt li t-tfajla għandha ġrieħi gravi.

Infetħet inkjesta fuq il-każ immexxija mill-Maġistrat Astrid May Grima.