Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara argument f’San Pawl il-Baħar

Żagħżugħ ta’ 24 sena spiċċa fil-periklu tal-mewt wara argument f’San Pawl il-Baħar.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li lbieraħ għall-11.30pm ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha f’residenza fi Triq il-Hġejjeġ minħabba li kien hemm persuna feruta.

Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post, fejn sabet persuna mal-art fir-residenza tagħha.

Skont il-Pulizija raġel ta’ 31 sena residenti l-Imġarr kellhu argument ma’ żagħżugħ ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar. Raġel li l-identita’ tiegħu għadha mhix magħrufa, allegatament weġġa’ liż-żagħżugħ b’oġġett bil-ponta. Wara ħarbu minn fuq il-post.

Il-Pulizija qed tfittex l-aggressuri.