Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt; waqa’ madwar sular

Read in English.

Żagħżugħ qiegħed fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar sular f’San Ġiljan.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santu Wistin. Iż-żagħżugħ Franċiż ta’ 23 sena residenti s-Swieqi għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.