Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt; waqa’ 4 sulari f’sit ta’ kostruzzjoni

Żagħżugħ ta’ 23 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ madwar erba’ sulari fil-Qawra. Huwa kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30pm fi Triq Annetto Caruana.

Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assista wkoll f’dan il-każ.