Żagħżugħ b’sentenza sospiża talli kisser is-siġar tal-Milied

Read in English.

Żagħżugħ ingħata sentenza sospiża wara li ammetta li kisser siġar tal-Milied f’San Ġiljan u kien fis-sakra f’post pubbliku.

Il-Franċiż ta’ 21 sena, residenti Tas-Sliema, tressaq il-qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Marseanne Farrugia, akkużat li volontarjament ħassar jew għamel ħsara fuq ħwejjeġ ħaddieħor u li kien fis-sakra f’post pubbliku.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-00:45am fi Triq Ġorġ Borġ Olivier. B’kollox ġew ivvandalizzati erba’ siġar tal-Milied, bi ħsarat li jammontaw għal ammont konsiderevoli ta’ flus għad-dannu tal-Kunsill Lokali.

Huwa wieġeb ħati għall-akkużi, ħallas għall-ħsarat u ngħata sentenza ta’ 18-il xahar priġunerija sospiżi għal erba’ snin.