Żagħżugħ b’sentenza sospiża għax darab raġel f’Kemmuna

Żagħżugħ ingħata sena ħabs sospiża għal sentejn wara li darab raġel gravi f’Kemmuna.

Iż-żagħżugħ għandu 22 sena u hu mill-Montenegro, imma joqgħod iż-Żebbuġ, Għawdex.

Ġie akkużat fil-qorti lbieraħ li fl-24 ta’ Lulju, weġġa’ gravi lil raġel ta’ 45 sena fil-bajja ta’ Santa Marija, mingħajr l-intenzjoni li jqiegħed il-ħajja tal-vittma f’periklu. Ġie akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika.

Huwa wieġeb ħati għall-akkużi u ngħata sena ħabs sospiża għal sentejn.