Żagħżugħ b’messaġġ għall-Maltin u l-Għawdxin

Ritratt: The Fotografer

Wara waqfa ta’ ġimagħtejn illejla jerġa’ jibda jixxandar il-programm Aranissa li l-istazzjon One ixandar fil-ħin tat-8.30pm, bi preżentazzjoni ta’ Joseph Chetcuti.

It-tlett stejjer li Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu ħejjewlna huma mimlija emozzjonijiet.

B’mod partikolari l-istorja fejn Joseph Chetcuti ser ilaqqa’ lil Maleanie Smiley, mara li għaddiet minn ħafna, mara li ħajjitha kważi ma titwemminx, sabiex tiltaqa’ ma’ nannitha hawn Malta li ilha tant u tant snin ma tara.

Ritratt: The Fotografer

L-istorja ta’ Melanie Smiley hija waħda li ma titwemmix u fl-istess ħin ta’ ammirazzjoni kbira. Hija mara li għaddiet mill-esperjenza diffiċli tal-kanċer tar-raġel tagħha Timothy, tant li kellu jiġi sottopost għal waħda mill-itqal operazzjonijiet li wieħed jista’ jagħmel filwaqt li għamel ħafna żmien bejn ħajja u mewt.

Melanie stess għaddiet minn diversi interventi kirurgiċi li wassluha tqatta’ ħafna ħin fil-kura intensiva u proprju saħansita ftit ġimgħat qabel il-mawra tagħha Malta, sabiex tiltaqa’ mal-għażiża nanna tagħha.

Ritratt: The FotoGrafer

Hija kellha diversi riżultati li għal ħaddieħor kienu jwaqqfuh milli jaqsa il-kontinenti.  Iżda mhux Melanie!

Se naraw ukoll il-bidla ta’ Anna Fava hekk kif tintefa fl-idejn professjonali tat-tim tat-trasformazzjoni li jqabbad it-tim ta’ Araniissa.

Ritratt: The FotoGrafer

Żgur li ż-żgħażagħ ta’ Maria Vidal se jisirqu x-xena f’dan il-programm hekk kif kollha kemm huma se jkunu preżenti biex jissapportjaw lil ħabib tagħhom Jean Paul, żagħżugħ bi bżonnijiet differenti li għadu kemm għamel operazzjoni serja u li b’tant kuraġġ u ħlewwa ma riedx jitlef l-opportunità li jmur fuq Araniissa sabiex jgħaddi l-messaġġ tiegħu lill-Maltin u l-Għawdxin kollha!

Ritratt: The FotoGrafer

X’għandu Araniissa lest u ppreparat għal dan iż-żagħżugħ?

Tkunu taf illejla waqt Araniisa.