Żagħżugħ bi ġrieħi serji minħabba argument f’Paceville

Arkivji

Żagħżugħ ġarrab ġrieħi serji meta qala’ daqqiet waqt argument f’Paceville.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bil-każ għall-ħabta tal-04:25 am. L-inċident seħħ fi Triq San Ġorġ.

Meta waslu fuq il-post, il-pulizija sabu liż-żagħżugħ mitluq mal-art. Huwa Tork u għandu 23 sena. Skont il-Pulizija x’aktarx kien involut f’argument ma’ xi persuni oħra.

Iż-żagħżugħ ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.

Infetħet inkjesta dwar il-każ.