Żagħżugħ bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat xħin qed iħott

Żagħżugħ ta’ 18-il sena mill-Belt Valletta sofra ġrieħi gravi f’inċident f’Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ fid-9.30am fi Triq Lorenzo Gafa, meta raġel ta’ 61 sena minn Ħal Qormi laqat il-vann taż-żagħżugħ.
Dak il-ħin iż-żagħżugħ kien qed iħott xi xogħol mill-vann.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-ġuvni l-Isptar Mater Dei għall-kura.