Read in English.
Żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Gżira lbieraħ.
L-inċident ġara fi Triq Mikiel Anton Vassalli fis-7.15pm, bejn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena min-Nepal u karozza oħra misjuqa minn żagħżugħa ta’ 24 sena li toqgħod il-Kalkara.
Iż-żagħżugħ min-Nepal ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn irriżulta li għandu ġrieħi gravi.