Żagħżugħ bi ġrieħi gravi wara inċident b’mutur

Żagħżugħ ta’ 28 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kellu inċident bil-mutur li kien qed isuq f’San Ġiljan.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fi Triq Borg Olivier għall-ħabta tal-00.15am, xħin is-Serb ħabat mal-bankina u tilef il-kontroll tal-mutur.
Huwa ttieħed Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li ġarrab il-ġrieħi msemmija.