​Żagħżugħ arrestat wara sejba ta’ kannabis u MDMA

Żagħżugħ ta’ 25 sena ġie arrestat wara li nstab fil-pussess tad-droga kannabus u l-MDMA.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li r-raġel li joqgħod San Pawl il-Baħar nstab fil-pussess ta’ żewġ kilos pjanta kannabis, kważi kilu raża tal-kannabis, u madwar 100 pakkett b’sustanza maħsuba MDMA lesta sabiex tinbiegħ. Nstabu wkoll madwar €6,000 fi flus kontanti.
Iż-żagħżugħ mistenni jitressaq il-Qorti għada.