Żagħżugħ arrestat wara li nqabad bid-droga għat-traffikar

Żagħżugħ ta` 29 sena residenti Ħal Luqa kien arrestat mill-Pulizija hekk kif qed jiġi investigat dwar traffikar u pussess ta` droga kokaina li allegatament ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.
Jirriżulta li d-droga li nstabet kienet imqassma f’boroż biex tiġi ittraffikata.
Iż-żagħżugħ mistenni jitresssaq il-qorti aktar tard illum.