Żagħżugħ arrestat waqt li kien għarwien ħdejn skola

Żagħżugħ ta’ 20 sena ngħata l-libertà mill-Qorti bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor sa xahrejn oħra wara li nstab għarwien ħdejn skola.

Fil-Qorti llum nstema’ kif iż-żagħżugħ Pollakk neża l-ħwejjeġ tiegħu għax ħaseb li kien qrib bajja.

Hu ġie rrappurtat lill-Pulizija minn għalliema.

Il-Pulizija dalgħodu sabitu bla ħwejjeġ u fis-sakra. Qalilhom li kien waqaf il-Baħrija biex imur il-baħar.

Iż-żagħżugħ ammetta li żbalja u skuża ruħu fil-Qorti.