Żagħżugħ arrestat għax ħaraq xi karozzi u bieb ta’ dar il-Belt Valletta

CMRU

Żagħżugħ ġie arrestat għax ħaraq għadd ta’ vetturi u anke bieb ta’ residenza fil-Belt Valletta.

Il-Pulizija ħabbret li l-arrest seħħ wara diversi ġimgħat ta’ investigazzjonijiet intensivi mit-Taqsima tal-Ħruq fi ħdan l-Iskwadra tar-Reati Maġġuri, flimkien mad-Distrett tal-Belt, b’rabta ma’ każijiet ta’ vetturi li allegatament ingħataw in-nar.

Iż-żagħżugħ għandu 21 sena.

Il-każijiet seħħew bejn Lulju u Settembru illi għadda fil-Belt Valletta. Ingħataw in-nar tliet
vetturi, bil-konsegwenza li erba’ vetturi oħra li kienu pparkjati ħdejhom ġarrbu ħsarat. L-investigazzjonijiet wasslu wkoll biex l-istess żagħżugħ ġie identifikat li f’April illi għadda,
allegatament ħaraq bieb ta’ residenza privata, fil-Belt ukoll.

Huwa se jitressaq il-qorti llum għall-ħabta ta’ 12pm quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia. Il-Prosekuturi huma l-Ispetturi Jeffrey Scicluna, Saviour Baldacchino u Priscilla Caruana Lee.