Żagħżugħ arrestat fuq traffikar tad-droga

CMRU

Żagħżugħ ta’ 22 sena ġie arrestat mill-Pulizija minħabba pussess u traffikar tad-droga.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li arrestawh ilbieraħ.

“Wara diversi ġimgħat ta’ osservazzjoni, tard ilbieraħ filgħaxija, il-Pulizija mill-Iskwadra
ta’ Kontra d-Droga flimkien mal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU) waqqfu vettura
fi Triq il-Baċir, Raħal Gdid li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 22 sena residenti Bormla,” qal il-Korp.

Minn tfittxija li saret fil-vettura u fuq iż-żagħżugħ, il-Pulizija sabet sustanzi suspetti droga
eroina u kokaina lesti biex jiġu traffikati, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti.

Arrestawh u ttieħed fil-lockup ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Għandu jitressaq il-Qorti aktar tard illum waranofsinhar.