Żagħżugħ arrestat f’Għawdex fuq traffikar ta’ droga

Read in English.

Illum il-Pulizija f’Għawdex arrestat żagħżugħ b’rabta ma’ traffikar ta’ droga fost akkużi oħrajn.

Il-Pulizija għamlu tfittxija għal żagħżugħ ta’ 18-il sena mir-Renju Unit, li kien qiegħed jikser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u minn investigazzjonijiet li saru, il-Pulizija rnexxielha ssib liż-żagħżugħ fi Triq Enrico Mizzi, ir-Rabat, Għawdex.

Mit-tfittxijiet tagħha fuq iż-żagħżugħ, il-Pulizija sabet ammont ta’ droga suspettata droga kannabis lesta biex tiġi traffikata u oġġetti oħra relatati mal-użu tad-droga.

Iż-żagħżugħ mistenni jitressaq l-Qorti t’Għawdex b’arrest għada b’akkużi relatati ma’ traffikar u pussess tad-droga, li kkommetta r-reati f’distanza ta’ inqas minn 100 metru ta’ post fejn jiltaqgħu iż-żagħżagħ u li sar reċediv.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.