Żagħżugħ arrestat b’rabta mal-isparatura f’South Carolina

Il-Pulizija fl-Istati Uniti arrestat raġel b’rabta mal-isparatura fi knisja kattolika fl-Istat ta’ South Carolina li ħalliet disa’ persuni mejta.
Dylann Roof, ta’ 21 sena, ġie arrestat waqt li kien qed isuq f’Shelby.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9pm ħin tal-post, meta l-aggressur daħal fil-knisja AfroAmerikana u spara fuq in-nies li kienu qed jattendu laqgħa ta’ talb.
Xi persuni ttieħdu l-isptar minħabba l-ġrieħi li ġarrbu.
Aktar kmieni, il-Pulizija Amerikana bdiet it-tfittxija għal żagħżugħ ta’ 21 sena ta’ karnaġġjon abjad, li hu maħsub li hu l-moħħ wara dan l-attakk.
L-isparatura qed titqies bħala każ ta’ mibegħda razzjali.
Sadanittant, grupp ta’ persuni nġabru jitolbu qrib il-knisja.
Il-knisja fil-mira tal-attakk hija waħda mill-eqdem knejjes fl-Istati Uniti.