Żagħżugħ akkużat li seraq u biegħ mutur

Dalgħodu fil-Qorti tressaq żagħżugħ ta’ 16-il sena li seraq mutur u biegħu lil ħabib tiegħu.

Iż-żagħżugħ ammetta li lura fil-21 ta’Lulju, seraq mutur u li saqu mingħajr liċenzja jew assigurazzjoni. Hu qal li għamel hekk għax kellu bżonn il-flus.

Il-mutur ġie rritornat lura lil sidu filwaqt li ż-żagħżugħ ingħata tliet snin probation.

Iż-żagħżugħ li xtara l-mutur mistenni jitressaq il-Qorti akkużat li xtara propjeta’ misruqa.