Żagħżugħ akkużat li seraq €1,300 jinħeles mill-arrest

Żagħżugħ ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien mixli li seraq €1,300 fi flus kontanti mingħand żewġ irġiel.

Is-Sirjan ta’ 20 sena li joqgħod f’Ħal Qormi deher il-qorti llum, akkużat li fil-21 ta’ Ġunju seraq l-ammont imsemmi mingħand żewġ irġiel Maltin. Kien akkużat ukoll li kien riċediv. Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u talab għall-ħelsien mill-arrest. Il-Prosekuzzjoni laqgħet din it-talba bil-kundizzjoni li l-akkużat ma jagħmel l-ebda kuntatt mal-vittmi tas-serq.

Il-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo talbet ordni ta’ protezzjoni għall-vittmi, filwaqt li laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest bil-kundizzjoni li ma jkunx hemm kuntatt bejn dawk involuti. Iż-żagħużgħ ma jistax isiefer mingħajr il-kunsens tal-Qorti, ma jistax ikellem lix-xhieda, ma jistax iwettaq reat ieħor sakemm jinqata’ l-każ, u jrid jiffirma l-għassa tliet darbiet fil-ġimgħa. Il-Qorti imponiet garanzija personali ta’ €5,500, kif ukoll jekk jikser il-kundizzjoni li jagħmel kuntatt mal-allegati vittmi jeħel multa li tammonta għal €7,000 kif ukoll sitt xhur ħabs.