Żagħżugħ aggredit f’Birkirkara

pulizija kordin
Miguela Xuereb

Żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ġie aggredit f’Birkirkara lbieraħ filgħaxija.

Il-Pulizija ssejħet għall-għajnuna fl-9.45pm fi Triq l-Għabex ilbieraħ.

Mal-wasla tagħhom, l-uffiċjali sabu lil żagħżugħ ta’ 21 sena bil-ġrieħi fid-daħla tal-garaxxijiet. Mill-ewwel investigazzjonijiet jidher li ż-żagħżugħ Ingliż ġie aggredit minn xi nies li laħqu ħarbu minn fuq il-post sakemm waslu l-pulizija.

Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn iżjed tard irriżulta li weġġa’ gravi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak ġie nfurmat bil-każ u ħatar inkjesta.